Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0740

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 4 ta' Ottubru 2004 dwar linji gwida għall-Politiki dwar l-impjieg ta' l-Istati Membri

ĠU L 326, 29.10.2004, p. 45–46 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 47–48 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/740/oj

7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

47


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-4 ta' Ottubru 2004

dwar linji gwida għall-Politiki dwar l-impjieg ta' l-Istati Membri

(2004/740/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat ta' l-Impjiegi,

Billi:

(1)

L-Istrateġija Ewropea għall-Impjieg għandha r-rwol gwida fl-implimentazzjoni ta' l-għanijiet ta' l-impjieg u s-suq tax-xogħol ta' l-istrateġija ta' Lisbona. Ir-riforma fl-2003 ta' l-Istrateġija Ewropea għall-Impjieg għamlet l-enfasi fuq l-orjentament għall-perjodu medju u fuq l-importanza li tkun implimentata l-firxa kollha tal-politika rakkomandata fil-Linji Gwida dwar l-Impjieg.

(2)

Għandha ssir reviżjoni sħiħa tal-Linji Gwida kull tliet snin biss, waqt li l-aġġornament tagħhom fis-snin intermedjarji għandu jsir b'mod strettament limitat. Il-Grupp tax-Xogħol Ewropew għall-Impjieg irrakkomanda rakkomandazzjonijiet aktar qawwija u użu aktar effettiv tal-valutazzjoni bejn pari, pjuttost milli jinbeda proċess ta' aktar bidla fil-Linji Gwida.

(3)

Il-konklużjonijiet tal-Grupp tax-Xogħol Ewropew għall-Impjieg u l-eżami tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali ta' l-Istati Membri dwar l-impjieg, li t-tnejn jinsabu fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjieg 2003-2004, juru li l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom, bħala prijorità, iżidu l-addattabiltà tal-ħaddiema u ta' l-intrapriżi għall-kondizzjonijiet ekonomiċi li qed jinbidlu u għall-ħtiġiet fis-suq tax-xogħol; iħajru aktar nies sabiex jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol u jagħmlu x-xogħol għażla vera għal kulħadd, anki billi jiġi faċilitat l-aċċess miż-żgħażagħ qiegħda għall-ewwel impjieg tagħhom u sabiex il-ħaddiema aktar anzjani jiġu mħeġġa jibqgħu fis-suq tax-xogħol; jinvestu b'mod dejjem aktar effettiv fil-kapital uman u fit-tagħlim tul il-ħajja kollha kif ukoll fir-riċerka u l-iżvilupp, inkluż fi pjattaformi għall-eċċellenza; u jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tar-riformi permezz ta' tmexxija aħjar, inkluż l-isforzi mmirati lejn titjib fl-involviment demokratiku, u sabiex iċ-ċittadini jkunu konvinti mill-ħtieġa għal riforma u sabiex jissaħħu l-ħoloq bejn il-finanzjament ta' l-UE, speċjalment l-ESF, u l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida Ewropej dwar l-Impjieg. Dawn il-prijoritajiet huma konsistenti b'mod sħiħ mal-Linji Gwida korrenti u jistgħu jiġu mwettqa fil-kuntest tagħhom.

(4)

Il-Linji Gwida dwar l-Impjieg japplikaw għall-Istati Membri sa mill-adeżjoni.

(5)

Barra minn dawn il-Linji Gwida dwar l-Impjieg, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw b'mod sħiħ il-Linji Gwida Ġenerali dwar Politika Ekonomika u jiżguraw li l-azzjoni tkun konsistenti b'mod sħiħ maż-żamma ta' finanzi pubbliċi sodi u ma' l-istabbiltà makro-ekonomika.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdani

Il-linji gwida tal-politika dwar l-impjieg ta' l-Istati Membri kif stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni 2003/578/KE tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 dwar il-linji gwida tal-politika dwar l-impjieg ta' l-Istati Membri (3) għandhom jinżammu fis-seħħ u jiġu kkunsidrati mill-Istati Membri fil-politika tagħhom dwar l-impjieg.

Magħmula fil-Lussemburgu, l-4 ta’ Ottubru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

A. J. DE GEUS


(1)  Opinjoni tat-22 ta’ April 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tad-29 ta’ Settembru 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 197, 5.8.2003, p. 13.


Top