Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ġlieda kontra l-qtugħ illegali tal-injam

Ġlieda kontra l-qtugħ illegali tal-injam

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 jipprojbixxi injam maħsud b’mod illegali milli jitqiegħed fis-suq tal-UE, u jistabbilixxi prekundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam fl-UE.

PUNTI EWLENIN

  • Ir-regolament jirrikjedi li “operaturi” li jqiegħdu prodotti tal-injam fis-suq tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-ewwel darba jeżerċitaw “diliġenza dovuta”1 biex jiżguraw li jfornu prodotti magħmula minn injam maħsud legalment. Għal dan l-għan, l-operaturi jridu jużaw sistema ta’ diliġenza dovuta.
  • L-operaturi jistgħu jistabbilixxu s-sistemi ta’ diliġenza dovuta proprji tagħhom jew jużaw waħda maħluqa minn organizzazzjoni tal-monitoraġġ.
  • L-organizzazzjonijiet tal-monitoraġġ huma rikonoxxuti bħala tali mill-Kummissjoni Ewropea. Dawn għandhom ir-rwol li jassistu lill-operaturi sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-regolament.
  • Sabiex jiffaċilitaw it-traċċabilità tal-prodotti tal-injam tagħhom, il-kummerċjanti kollha li jixtru u jbiegħu l-injam fis-suq iridu jżommu rekords tal-fornituri u l-konsumaturi tagħhom.
  • Ir-regolament, li japplika kemm għal injam maħsud fl-UE kif ukoll għal dak importat, ikopri firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-injam li huma elenkati fl-anness f’konformità mal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.
  • Ir-regolament iqis li l-injam/prodotti tal-injam ikunu ġew maħsuda b’mod legali jekk ikollhom liċenzja tal-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) (stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 2173/2005), jew permess CITES (ir-Regolament (KE) Nru 338/97).

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni u aċċess għall-informazzjoni

Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena, il-pajjiżi koperti bir-regolament iridu jagħmlu l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament matul is-sena kalendarja preċedenti disponibbli għall-pubbliku u għall-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, abbażi tad-data ppreżentata mill-Istati Membri kollha tal-UE, il-Kummissjoni se tipprovdi ħarsa ġenerali tal-UE kollha li se tkun disponibbli għall-pubbliku.

Sat- u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni trid tirrevedi l-funzjonament u l-effikaċja ta’ dan ir-regolament abbażi tal-informazzjoni li tirċievi fis-sena u l-esperjenza bl-applikazzjoni tiegħu.

Revoka

Ir-regolament se jiġi revokat u sostitwit bir-Regolament (UE) 2023/1115 (ara s-sommarju) mit-. Madankollu, ir-regolament għandu jkompli japplika sal- għall-injam u l-prodotti tal-injam li kienu prodotti qabel id- u mqiegħda fis-suq mit-.

SFOND

Il-qtugħ illegali tal-injam2 huwa problema ambjentali, ekonomika u soċjali mifruxa li tikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità, dħul mitluf, kunflitti (kultant armati) fuq art u riżorsi, u korruzzjoni.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Diliġenza dovuta. Eżerċizzju ta’ ġestjoni tar-riskju sabiex jiġi minimizzat ir-riskju li l-injam maħsud illegalment (jew prodotti li jkunu jinkludu dan) jiġi offrut għall-bejgħ fis-suq tal-UE.
  2. Il-qtugħ illegali tal-injam. Il-ħsad tal-injam bi ksur tal-liġijiet tal-pajjiż li fih sar il-ħsad.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, , pp. 23–34).

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 995/2010 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament .

Top