Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
L-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jelenka l-forom varji li l-atti tal-UE jistgħu jieħdu. Ir-rakkomandazzjonijiet huma forma waħda minn tnejn ta’ atti mhux vinkolanti tal-UE ċitati fl-artikolu, il-forom l-oħrajn ikunu opinjonijiet. Għalkemm ir-rakkomandazzjonijiet ma għandhomx konsegwenzi legali, huma joffru gwida dwar l-interpretazzjoni jew il-kontenut tal-liġi tal-UE.
Il-Kummissjoni Ewropea toħroġ rakkomandazzjonijiet fuq suġġetti li jvarjaw ħafna bħad-drittijiet tas-suspettati f’każijiet kriminali, il-gwida politika fuq il-finanzi pubbliċi ta’ pajjiżi tal-UE individwali u l-promozzjoni ta’ bini b’żero enerġija.
Istituzzjonijiet tal-UE oħrajn, bħall-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Bank Ċentrali Ewropew, ukoll joħorġu rakkomandazzjonijiet.