This document is an excerpt from the EUR-Lex website
European Parliament
Il-Parlament Ewropew
Il-Parlament Ewropew
Il-Parlament Ewropew (PE) huwa l-uniku korp tal-UE elett direttament u wieħed mill-akbar assembleji demokratiċi fid-dinja. Is-705 membru tiegħu jirrappreżentaw l-450 miljun ċittadin tal-UE. Huma jiġi eletti darba kull 5 snin minn votanti minn madwar is-27 Stat Membru tal-UE. Il-persuni eletti għall-PE jissejħu Membri tal-Parlament Ewropew (MPEs).
In-numru ta’ MPE eletti f’kull Stat Membru tal-UE huwa essenzjalment determinat mill-popolazzjoni tiegħu. L-allokazzjoni tas-siġġijiet sat-tmiem tat-terminu parlamentari 2019-2024 hi kif ġejja: il-Belġju: 21, il-Bulgarija: 17, iċ-Ċekja: 21, id-Danimarka: 14, il-Ġermanja: 96, l-Estonja: 7, l-Irlanda: 13, il-Greċja: 21, Spanja: 59, Franza: 79, il-Kroazja: 12, l-Italja: 76, Ċipru: 6, il-Latvja: 8, il-Litwanja: 11, il-Lussemburgu: 6, l-Ungerija: 21, Malta: 6, il-Pajjiżi l-Baxxi: 29, l-Awstrija: 19, il-Polonja: 52, il-Portugall: 21, ir-Rumanija: 33, is-Slovenja: 8, is-Slovakja: 14, il-Finlandja: 14, u l-Iżvezja: 21.
L-allokazzjoni tas-siġġijiet għat-terminu parlamentari 2024-2029 ser tkun aġġornata konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2023/2061, u n-numru totali ta’ MPEs eletti jrid ikun 720.
Madwar 40% tal-MPE huma nisa. L-MPEs jistgħu jiffurmaw gruppi skont l-affinitajiet politiċi tagħhom, mhux in-nazzjonalità tagħhom.
Fil-, is-siġġijiet ser ikunu mqassma fost seba’ gruppi politiċi, kif ġej:
F’dik id-data, 49 MPE ma kienu jappartjenu ma’ ebda grupp politiku.
Il-funzjonijiet prinċipali tal-PE huma kif ġej:
It-Trattat ta’ Liżbona saħħaħ ir-rwol tal-PE billi poġġih fuq livell indaqs mal-Kunsill billi:
Il-MPE jattendu sessjonijiet plenarji tal-PE fi Strasburgu u Brussell, u laqgħat tal-kumitat u tal-gruppi politiċi fi Brussell.
Artikolu 223(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE jirrekjedi li l-PE jadotta statut għal MPEs. Dan jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-MPE.
Kodiċi ta’ kondotta jirrikjedi li l-MPE jaġixxu biss fl-interess pubbliku u jwettqu x-xogħol tagħhom b’diżinteress, integrità, trasparenza, diliġenza, onestà, responsabbiltà u rispett għar-reputazzjoni tal-PE.
Artikolu 232 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE jirrekjedi li l-PE jadotta regoli ta’ proċedura — ir-rwoli ta’ organizzazzjoni interna u operazzjonli tal-PE.