Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
il-Viċi-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni.
Is-SEAE wkoll:
tassisti lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, il-Kummissjoni u s-servizzi diplomatiċi tal-pajjiżi tal-UE biex jiżguraw il-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE; u
jappoġġja lill-Kummissjoni fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ programmi u strumenti finanzjarji relatati mal-azzjoni esterna tal-UE.
Bil-kwartieri ġenerali tiegħu fi Brussell, is-SEAE huwa ġestit minn Segretarju Ġenerali, assistit minn tliet Viċi Segretarji Ġenerali, li joperaw taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli. L-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE hija organizzata f’direttorati maniġerjali li jittrattaw:
żoni ġeografiċi ta’ azzjoni, li jkopru l-pajjiżi kollha u r-reġjuni globali kollha;
id-drittijiet tal-bniedem, kwistjonijiet globali u multilaterali;
PSDK u rispons għall-kriżi.
Delegazzjonijiet tal-UE
Is-SEAE jikkonsisti wkoll minn delegazzjonijiet tal-UE għal pajjiżi mhux tal-UE u diversi organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-bażi legali għad-delegazzjonijiet hija l-Artikolu 221 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE. Kull waħda hija mmexxija minn Kap ta’ Delegazzjoni, taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli u tas-SEAE, li jirrappreżenta l-UE fil-pajjiż ikkonċernat. Id-delegazzjonijiet jikkoperaw u jaqsmu informazzjoni mas-servizzi diplomatiċi tal-pajjiżi tal-UE.
Is-Segretarju Ġenerali tas-SEAE huwa responsabbli għall-evalwazzjoni finanzjarja u amministrattiva ta’ kull delegazzjoni.
Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas- li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, , pp. 30-40)
DOKUMENTI RELATATI
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Il-Ħames Parti — L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu VI — Ir-relazzjonijiet tal-Unjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi u delegazzjonijiet tal-Unjoni — l-Artikolu 221 (ĠU C 202, , p. 147)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/80/PESK tat- dwar l-istabbiliment ta’ l-Istaff Militari ta’ l-Unjoni Ewropea (ĠU L 27, , pp. 7-11)
L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2001/80/CFSP ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.