This document is an excerpt from the EUR-Lex website
It-trattati tal-UE huma ftehimiet vinkolanti bejn il-pajjiżi membri tal-UE. Huma jistabbilixxu l-objettivi tal-UE, ir-regoli għall-istituzzjonijiet tal-UE, kif jittieħdu d-deċiżjonijiet u r-relazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi membri tagħha.
Il-ħolqien tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) kien il-punt tat-tluq għal aktar minn 50 sena ta’ tfassil tat-trattati Ewropej.
It-trattati prinċipali huma:
Dawn it-trattati ġew emendati bi:
Wara diffikultajiet f’xi pajjiżi tal-UE biex jirratifikaw it-Trattat Kostituzzjonali Ewropew iffirmat fl-2004, il-mexxejja Ewropej fl-2007 qablu li jlaqqgħu konferenza intergovernattiva biex tiġi ffinalizzata u adottata mhux kostituzzjoni iżda “trattat ta’ riforma” għall-UE.
It-Trattat ta’ Lisbona, iffirmat fis-, ġie ratifikat mill-pajjiżi kollha tal-UE u daħal fis-seħħ fl-. Huwa introduċa bidliet għat-trattati eżistenti, u t-Trattat KE sar it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE).
Dawn it-trattati kostituttivi ġew emendati wkoll fil-mument tal-adeżjoni għas-sħubija ta’ pajjiżi ġodda fl-1973 (id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit1), fl-1981 (il-Greċja), fl-1986 (Spanja u l-Portugall), fl-1995 (l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja), fl-2004 (ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja), fl-2007 (il-Bulgarija u r-Rumanija) u fl-2013 (il-Kroazja).
(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-.