EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0270

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 4 ta’ April 2006 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta' ċerti gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' l-embrijuni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1248) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 99, 7.4.2006, p. 27–28 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 118M, 8.5.2007, p. 574–575 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 071 P. 159 - 160
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 071 P. 159 - 160

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0155

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/270/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

574


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-4 ta’ April 2006

li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta' ċerti gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' l-embrijuni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1248)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2006/270/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi lista ta' gruppi approvati għall-ġbir ta' embrijuni f'pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta' embrijuni ta' bovini lejn il-Komunità (2) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw embrijuni minn pajjiżi terzi biss jekk dawn ikunu nġabru, ġew ipproċessati u nħażnu mill-gruppi għall-ġbir ta' l-embrijuni elenkati f'dik id-Deċiżjoni.

(2)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika talbu li jsiru emendi għar-reġistrazzjonijiet tal-listi għal dak il-pajjiż fir-rigward ta' ċerti gruppi għall-ġbir u l-produzzjoni ta' embrijuni.

(3)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika pprovdew garanziji fir-rigward tal-konformità mar-regoli xierqa stabbiliti fid-Direttiva 89/556/KEE u l-grupp tal-ġbir ta' l-embrijuni involut ġie approvat uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta' dak il-pajjiż.

(4)

Id-Deciżjoni 92/452/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata kif jixraq.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-10 ta’ April 2006.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar l-4 ta’ April 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 806/2003/KE (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/85/KE (ĠU L 40, 11.2.2006, p. 24).


ANNESS

L-Anness mad-Deċiżjoni 92/452/KEE hu emendat kif ġej:

(a)

titħassar r-ringiela li ġejja għall-gruppi tal-ġbir ta' l-embrijuni ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika:

“US

 

98ID103

E1127

 

Pat Richards, DVM

1215 F 2000 S

Bliss, ID

Dr Pat Richards”

(b)

tiddaħħal r-ringiela li ġejja għall-Istati Uniti ta' l-Amerika:

“US

 

05IA120

E608

05IA120

IVF

Trans Ova Genetics

2938 380th St

Sioux Center, IA 51250

Dr Jon Schmidt”

(ċ)

r-ringiela li ġejja għall-grupp tal-ġbir ta' l-embrijuni ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika Nru 91IA029 hija sostitwita b'dan li ġej:

“US

 

91IA029

E544

 

Westwood Embryo Services

1760 Dakota Ave

Waverly, IA 50677

Dr James West”

(d)

r-ringiela għall-grupp tal-ġbir ta' l-embrijuni ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika Nru 96CO084 hija sostitwita b'dan li ġej:

“US

 

96CO084

E964

 

Genetics West

17890 Weld County Road 5

Berthoud, CO 80513

Dr Thomas L. Rea”


Top