EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R2184

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 tat-28 ta’ Ottubru tal-1996 li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu

ĠU L 292, 15.11.1996, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/12/2011; Imħassar b' 32011R1230

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2184/oj

31996R2184



Official Journal L 292 , 15/11/1996 P. 0001 - 0001


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96

tat-28 ta’ Ottubru tal-1996

li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Komunità u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu ftehmu, fi Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, li d-dazji doganali li għandhom jiġu applikati għal importazzjoni tar-ross (Kodiċi NM 1006) li joriġina u ġej mill-Eġittu għandhom ikunu dawk ikkalkulati skond l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta’ Ġunju tal-1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [1], imnaqqsin b’ammont egwali għal 25 % tal-valur ta’ dawk id-dazji, u dak it-tnaqqis mogħti ma għandux ikun iżjed suġġett għall-ġbir mill-Eġittu ta’ taxxa ta’ l-esportazzjoni fuq il-prodott;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1250/77 tas-17 ta’ Mejju tal-1977 li jikkonċerna l-importazzjoni tar-ross mir-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu [2] għandu jitħassar kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Id-dazji doganali fuq l-importazzjoni fil-Komunità tar-ross (Kodiċi NM 1006) li joriġina u li ġej mill-Eġittu għandhom ikunu dawk ikkalkulati skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76 imnaqqsin b’ammont ugwali għal 25 % tal-valur ta’ dawk id-dazji, fil-limiti ta’ volum annwali ta’ 32000 tunnellata.

L- Artikolu 2

L-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi xi miżuri ta’ sorvelljanza, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KEE) Nru 1250/77 huwa b’dan imħassar:

L- Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika mill-1 ta’ Mejju tal-1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-28 ta’ Ottubru 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Spring

[1] ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3072/95 (ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18).

[2] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1977, p. 9.

--------------------------------------------------

Top