Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0480

Kawża T-480/23: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2023 – Plahotniuc vs Il-Kunsill

ĠU C 338, 25.9.2023, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/35


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2023 – Plahotniuc vs Il-Kunsill

(Kawża T-480/23)

(2023/C 338/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vladimir Gheorghe Plahotniuc (Chisinau, il-Moldova) (rappreżentant: J. Pobjoy, BL)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla skont l-Artikolu 263 TFUE, Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1047 tat-30 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova (1) sa fejn din tapplika għar-rikorrent; u Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1045 tat-30 ta’ Mejju 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/888 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova (2), sa fejn din tapplika għar-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq allegazzjoni ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ġie ikkunsidrat li kien hemm bażi fattwali soda biżżejjed sabiex jiġi ddeterminat li l-kriterji għall-elenkar tar-rikorrent fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata u fl-Artikolu 2 tar-regolament kkontestat kienu issodisfatti.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tad-drittijiet tar-rikorrent skont Artikolu 6, moqri flimkien ma’ Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1047 tat-30 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova (ĠU 2023, L 140I, p. 9).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1045 tat-30 ta’ Mejju 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/888 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova ĠU 2023, L 140I, p. 1).


Top