EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0749
Case T-749/22: Action brought on 29 November 2022 — Parliament v Union Technique du Bâtiment and Argest
Kawża T-749/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2022 – Il-Parlament vs Union Technique du Bâtiment u Argest
Kawża T-749/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2022 – Il-Parlament vs Union Technique du Bâtiment u Argest
ĠU C 24, 23.1.2023, p. 80–81
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/80 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2022 – Il-Parlament vs Union Technique du Bâtiment u Argest
(Kawża T-749/22)
(2023/C 24/107)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Kazek u K. Wójcik, aġenti, assistiti minn N. Charrel, T. Gaspar u M. Jolly, avukati)
Konvenuti: Union Technique du Bâtiment SA (Romainville, Franza) u Argest SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tikkundanna lill-kumpanniji Union Technique du Bâtiment SA u Argest SA jħallsuh in solidum is-somma totali ta’ EUR 161 200, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data tal-preżentazzjoni ta’ dan ir-rikors, li għandhom jiġu kkapitalizzati sabiex jipproduċi interessi huma nfushom; |
— |
tikkundanna lill-konventi għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti jinvoka motiv uniku bbażat fuq l-allegat dritt tiegħu għal kumpens abbażi tal-garanzija ta’ għaxar snin ipprovduta mill-kumpanniji Union Technique du Bâtiment SA u Argest SA li tkopri d-difetti kkonstatati li jaffettwaw is-saqaf magħmul mit-tiben tal-Maison Jean Monnet f’Bazoches-sur-Guyonne.