EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0662

Kawża T-662/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta' Ottubru 2022 – Tavitova vs EUIPO – Uccoar (AURUS)

ĠU C 7, 9.1.2023, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/38


Rikors ippreżentat fil-31 ta' Ottubru 2022 – Tavitova vs EUIPO – Uccoar (AURUS)

(Kawża T-662/22)

(2023/C 7/46)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Zalina Tavitova (Batoulieh, il-Libanu) (rappreżentant: V. Kojevnikov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Uccoar (Carcassonne, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AURUS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 205 163

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 2139/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonferma d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija ammettiet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 18 205 163, għax-xarbiet mhux alkoħoliċi, bl-eċċezzjoni tal-inbid mhux alkoħoliku;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 18 205 163, għall-prodotti u l-klassijiet “birer” (klassi 32) u “vodka” (klassi 33);

tilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark Nru 18 205 163 għall-klassijiet u l-prodotti indikati;

tiċħad it-talbiet kuntrarji ta’ Uccoar;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top