EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0202

Kawża T-202/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2022 – TA Towers vs EUIPO – Wobben Properties (Materjal tal-bini)

ĠU C 222, 7.6.2022, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 222, 7.6.2022, p. 34–35 (GA)

7.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/37


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2022 – TA Towers vs EUIPO – Wobben Properties (Materjal tal-bini)

(Kawża T-202/22)

(2022/C 222/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TA Towers ApS (Odense, id-Danimarka) (rappreżentant: L. Andersen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wobben Properties GmbH (Aurich, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Komunità Nru 6 352 332-0001 (Materjal tal-bini)

Proċedura quddiem l-EUIPO: Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2022 fil-Każ R 2493/2020-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-20 ta’ Novembru 2020 fil-Każ ICD 108 309;

tikkundanna lill-EUIPO u lir-rikorrenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


Top