EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0640

Kawża T-640/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – bet-at-home.com Entertainment vs EUIPO (bet-at-home)

ĠU C 471, 22.11.2021, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/64


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – bet-at-home.com Entertainment vs EUIPO (bet-at-home)

(Kawża T-640/21)

(2021/C 471/90)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: bet-at-home.com Entertainment GmbH (Linz, l-Awstrija) (rappreżentant: R. Paulitsch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bet-at-home bil-kuluri blu skur u aħdar – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 157 957

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 2143/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

temenda d-deċiżjoni kkontestata b’mod li tiġi ammessa r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali bet-at-home anki fil-klassi 41 (divertiment);

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top