This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0144
Case T-144/21: Action brought on 11 March 2021 — El Corte Inglés v EUIPO — Rimex Trading (UNK UNIK)
Kawża T-144/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Rimex Trading (UNK UNIK)
Kawża T-144/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Rimex Trading (UNK UNIK)
ĠU C 163, 3.5.2021, p. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 163/42 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Rimex Trading (UNK UNIK)
(Kawża T-144/21)
(2021/C 163/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rimex Trading (Sofíja, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża:applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni UNK UNIK – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 940 710
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 2889/2019-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet l-appell tal-parti li topponi, tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-Oppożizzjoni B 3 069 013 u li tagħti t-trade mark tal-Unjoni Nru 17 940 710 UNK UNIK (figurattiva). |
— |
tikkundanna lill-konvenut jew lill-konvenuti għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u 2(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |