Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0132

Kawża T-132/21: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2021 – Telefónica Germany vs EUIPO (LOOP)

ĠU C 148, 26.4.2021, pp. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/26


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2021 – Telefónica Germany vs EUIPO (LOOP)

(Kawża T-132/21)

(2021/C 148/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Telefónica Germany GmbH & Co. OHG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali LOOP – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 008 477

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 644/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18008477;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u għall-ispejjeż tal-proċeduri ta’ appell u ta’ eżami quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 41(1) tal-Karta flimkien mal-Artikolu 20 u l-Artikolu 21(1) tal-imsemmija karta.


Top