Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0118

    Kawża T-118/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2022 – Cilem Records International vs EUIPO – KVZ Music (HALIX RECORDS) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HALIX RECORDS – Trade marks verbali u figurattivi nazzjonali preċedenti HALIX RECORDS – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Regola 19(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 7(1)_ u (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625)”)

    ĠU C 222, 7.6.2022, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 222, 7.6.2022, p. 26–26 (GA)

    7.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 222/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2022 – Cilem Records International vs EUIPO – KVZ Music (HALIX RECORDS)

    (Kawża T-118/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HALIX RECORDS - Trade marks verbali u figurattivi nazzjonali preċedenti HALIX RECORDS - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Regola 19(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 7(1)_ u (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625)”)

    (2022/C 222/45)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Cilem Records International UG (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Hecht, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u D. Hanf, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: KVZ Music Ltd (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: D. Stechern, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Jannar 2021 (Każ R 1060/2020-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cilem Records International u KVZ Music.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Cilem Records International UG hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-EUIPO.

    3)

    KVZ Music Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 128, 12.4.2021.


    Top