Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0772

    Kawża C-772/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-14 ta’ Diċembru 2021 – “Brink’s Lithuania” UAB vs Lietuvos bankas

    ĠU C 95, 28.2.2022, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 95, 28.2.2022, p. 6–6 (GA)

    28.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 95/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-14 ta’ Diċembru 2021 – “Brink’s Lithuania” UAB vs Lietuvos bankas

    (Kawża C-772/21)

    (2022/C 95/24)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent:“Brink’s Lithuania” UAB

    Konvenut: Lietuvos bankas

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/14) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istandards minimi msemmija f’din ir-regola għandhom jiġu osservati minn cash handler li jwettaq verifika awtomatizzata tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro?

    2)

    Jekk, skont l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14, l-istandards minimi msemmija fih japplikaw biss għal manifatturi tal-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus (iżda mhux għal cash handlers), l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14, moqri flimkien mal-Artikolu 3(5) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tgħid li l-obbligu ta’ konformità ma’ dawn l-istandards minimi japplika għal cash handler?

    3)

    L-istandards minimi għal verifika awtomatizzata tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro permezz ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus, fid-dawl tal-fatt li dawn huma ppubblikati fuq is-sit internet tal-BĊE, jikkonformaw mal-prinċipju ta’ ċertezza legali u mal-Artikolu 297(2) TFUE, u huma vinkolanti fuq cash handlers u jistgħu jiġu invokati fil-konfront tagħhom?

    4)

    L-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14, sa fejn jipprovdi li l-istandards minimi għal verifika awtomatizzata tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit internet tal-BĊE u għandhom jiġu emendati minn żmien għal żmien, jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-Artikolu 297(2) TFUE, u b’hekk huwa invalidu?


    (1)  ĠU 2010 L 267, p. 1, [kif emendata bid-Deċiżjoni tal-BĊE 2012/19 tas-7 ta’ Settembru 2012 (ĠU 2012, L 253, p. 19)]


    Top