This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0720
Case C-720/21: Request for a preliminary ruling from the Sąd Najwyższy (Poland) lodged on 26 November 2021 — Rzecznik Praw Obywatelskich
Kawża C-720/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-26 ta’ Novembru 2021 – Rzecznik Praw Obywatelskich
Kawża C-720/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-26 ta’ Novembru 2021 – Rzecznik Praw Obywatelskich
ĠU C 128, 21.3.2022, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 128, 21.3.2022, p. 3–3
(GA)
21.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-26 ta’ Novembru 2021 – Rzecznik Praw Obywatelskich
(Kawża C-720/21)
(2022/C 128/07)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellant: Rzecznik Praw Obywatelskich
Partijiet oħra fil-proċedura: M. M., E. M., X Bank Spółka Akcyjna
Domandi preliminari
1) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirrendu ammissibbli rimedju ġudizzjarju bħalma huwa “skarga nadzwyczajna” (appell straordinarju), li huwa intiż sabiex jannulla deċiżjoni definittiva ta’ qorti, fejn ikun hemm bżonn li “tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju ta’ Stat tad-dritt demokratiku li jimplimenta l-prinċipji ta’ ġustizzja soċjali” jekk l-użu ta’ tali rimedju jkun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-effettività tad-dritt tal-Unjoni? |
2) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li f’sitwazzjoni fejn dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali jkunu jippermettu l-emenda jew l-annullament ta’ deċiżjoni definittiva ta’ qorti, permezz tal-użu ta’ rimedju bħall-appell straordinarju, fil-każ ta’ ksur ta’ prinċipji stabbiliti fil-Kostituzzjoni ta’ Stat Membru, dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jservu ta’ bażi għal annullament jew għal emenda ta’ deċiżjoni definittiva ta’ qorti anki fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni? |
3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li f’sitwazzjoni fejn qorti nazzjonali tkun kisret id-dritt tal-Unjoni b’mod li jwassal għal soluzzjoni, mill-perspettiva ta’ dak id-dritt, ivvizzjata tal-kawża, id-deċiżjoni definittiva tal-qorti tista’ tiġi annullata jew emendata permezz tal-applikazzjoni ta’ rimedju ġudizzjarju bħall-ilment straordinarju, liema rimedju jirrendi tali deċiżjoni dipendenti fuq ksur “flagranti” tad-dritt? |