Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0486

    Kawża C-486/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil – is-Slovenja) – SHARENGO najem in zakup vozil d.o.o. vs Mestna občina Ljubljana (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema pubblika ta’ kiri u ta’ użu kondiviż ta’ vetturi bil-mutur elettriċi – Distinzjoni tal-kunċetti ta’ “konċessjonijiet ta’ servizzi” u ta’ “kuntratti pubbliċi ta’ provvisti” – Direttiva 2014/23/UE – Il-punt 1(b) tal-Artikolu 5 – Artikolu 20(4) – Kunċett ta’ “kuntratti mħallta” – Artikolu 8 – Determinazzjoni tal-valur ta’ konċessjoni ta’ servizzi – Kriterji – Artikolu 27 – Artikolu 38 – Direttiva 2014/24/UE – Il-punti 5 u 8 tal-Artikolu 2(1) – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 – Anness XXI – Possibbiltà li tiġi imposta kundizzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ attività professjonali speċifika taħt id-dritt nazzjonali – Impossibbiltà li din il-kundizzjoni tiġi imposta fuq il-membri kollha ta’ assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi – Regolament (KE) Nru 2195/2002 – Artikolu 1(1) – Obbligu ta’ riferiment esklużiv għall-“Vokabularju Komuni għall-Kuntratti Pubbliċi” fid-dokumenti tal-konċessjoni – Regolament Nru 1893/2006 – Artikolu 1(2) – Impossibbiltà li jsir riferiment għan-“NACE Rev. 2” fid-dokumenti ta’ konċessjoni)

    ĠU C 7, 9.1.2023, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 7/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil – is-Slovenja) – SHARENGO najem in zakup vozil d.o.o. vs Mestna občina Ljubljana

    (Kawża C-486/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema pubblika ta’ kiri u ta’ użu kondiviż ta’ vetturi bil-mutur elettriċi - Distinzjoni tal-kunċetti ta’ “konċessjonijiet ta’ servizzi” u ta’ “kuntratti pubbliċi ta’ provvisti” - Direttiva 2014/23/UE - Il-punt 1(b) tal-Artikolu 5 - Artikolu 20(4) - Kunċett ta’ “kuntratti mħallta” - Artikolu 8 - Determinazzjoni tal-valur ta’ konċessjoni ta’ servizzi - Kriterji - Artikolu 27 - Artikolu 38 - Direttiva 2014/24/UE - Il-punti 5 u 8 tal-Artikolu 2(1) - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 - Anness XXI - Possibbiltà li tiġi imposta kundizzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ attività professjonali speċifika taħt id-dritt nazzjonali - Impossibbiltà li din il-kundizzjoni tiġi imposta fuq il-membri kollha ta’ assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi - Regolament (KE) Nru 2195/2002 - Artikolu 1(1) - Obbligu ta’ riferiment esklużiv għall-“Vokabularju Komuni għall-Kuntratti Pubbliċi” fid-dokumenti tal-konċessjoni - Regolament Nru 1893/2006 - Artikolu 1(2) - Impossibbiltà li jsir riferiment għan-“NACE Rev. 2” fid-dokumenti ta’ konċessjoni)

    (2023/C 7/12)

    Lingwa tal-kawża: is-Sloven

    Qorti tar-rinviju

    Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: SHARENGO najem in zakup vozil d.o.o

    Konvenut: Mestna občina Ljubljana

    Dispożittiv

    1)

    Il-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, kif emendata bir-Regolament Delegat (UE) 2019/1827 tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2019,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    tikkostitwixxi “konċessjoni ta’ servizzi” l-operazzjoni li permezz tagħha awtorità kontraenti għandha l-intenzjoni li tafda l-ħolqien u l-amministrazzjoni ta’ servizz ta’ kiri u ta’ kondiviżjoni ta’ vetturi elettriċi lil operatur ekonomiku li l-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu hija fil-parti l-kbira allokata għall-akkwist ta’ dawn il-vetturi, u li fiha d-dħul ta’ dan l-operatur ekonomiku ġej essenzjalment mit-tariffi mħallsa mill-utenti ta’ dan is-servizz, ladarba tali karatteristiċi huma tali li jistabbilixxu li r-riskju relatat mal-operat tas-servizzi konċessi ġie ttrasferit lill-imsemmi operatur ekonomiku.

    2)

    L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/23, kif emendata bir-Regolament Delegat (UE) 2019/1827,

    għandu jiġi intepretat fis-sens li:

    sabiex jiġi ddeterminat jekk il-limitu ta’ applikabbiltà ta’ din id-direttiva ntlaħaqx, l-awtorità kontraenti għandha tqis il-“fatturat totali tal-konċessjonarju ġġenerat matul il-perijodu tal-kuntratt, in-nett tal-VAT, [minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)]”, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tariffi li l-utenti ser iħallsu lill-konċessjonarju, kif ukoll il-kontribuzzjonijiet u l-ispejjeż li l-awtorità kontraenti għandha ssostni. Madankollu, l-awtorità kontraenti tista’ tikkunsidra wkoll li l-limitu previst għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/23, kif emendata bir-Regolament Delegat 2019/1827, jintlaħaq meta l-investimenti u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-konċessjonarju, waħdu jew flimkien mal-awtorità kontraenti, matul il-perijodu kollu tal-applikazzjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni jaqbżu manifestament dan il-limitu ta’ applikabbiltà.

    3)

    L-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2014/23 kif emendata bir-Regolament Delegat 2019/1827 flimkien mal-punt 7(b) tal-Anness V u mal-premessa 4 ta’ din id-direttiva kif ukoll mal-Artikolu 4 u l-punt III.1.1 tal-Anness XXI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 842/2011,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    awtorità kontraenti tista’ tirrikjedi, bħala kriterji ta’ għażla kwalitattiva tal-kandidati, li l-operaturi ekonomiċi jkunu rreġistrati fir-reġistru tal-kummerċ jew fir-reġistru professjonali, sakemm operatur ekonomiku jista’ jibbaża fuq ir-reġistrazzjoni tiegħu fir-reġistru simili fl-Istat Membru li fih huwa stabbilit.

    4)

    L-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2014/23, kif emendata bir-Regolament Delegat (UE) 2019/1827, flimkien mal-Artikolu 27 ta’ din id-direttiva u l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Novembru 2002, dwar il-Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti (CPV),

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    jipprekludi li awtorità kontraenti, li timponi li l-operaturi ekonomiċi jkunu rreġistrati fir-reġistru tal-kummerċ jew fir-reġistru professjonali ta’ Stat Membru tal-Unjoni, ma tirreferix għall-Vokabularju Komuni għall-Kuntratti Pubbliċi kkostitwit mill-kodiċijiet CPV iżda għan-nomenklatura NACE Rév. 2, kif stabbilit mir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta’ l-istatistika.

    5)

    L-Artikolu 38(1) u (2) tad-Direttiva 2014/23, kif emendata bir-Regolament Delegat (UE) 2019/1827, flimkien mal-Artikolu 26(2) ta’ din id-direttiva,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    awtorità kontraenti ma tistax, mingħajr ma tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità ggarantit mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, tirrikjedi li kull membru ta’ assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi jiġi rreġistrat, fi Stat Membru, fir-reġistru tal-kummerċ jew fir-reġistru professjonali għall-eżerċizzju tal-attività ta’ kiri u leasing ta’ karozzi u ta’ vetturi bil-mutur ħfief.


    (1)  ĠU C 471, 22.11.2021.


    Top