This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0358
Case C-358/21: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 24 November 2022 (request for a preliminary ruling from the Cour de cassation — Belgium) — Tilman SA v Unilever Supply Chain Company AG (Reference for a preliminary ruling — Judicial cooperation in civil matters — Jurisdiction and the enforcement of judgments in civil and commercial matters — Lugano II Convention — Jurisdiction clause — Formal requirements — Clause included in the general terms and conditions — General terms and conditions which may be viewed and printed from a hypertext link mentioned in a contract concluded in writing — Consent of the parties)
Kawża C-358/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – il-Belġju) – Tilman SA vs Unilever Supply Chain Company AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fil-qasam ċivili u kummerċjali – Konvenzjoni ta’ Lugano II – Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni – Kundizzjonijiet formali – Klawżola li tinsab fil-kundizzjonijiet ġenerali – Kundizzjonijiet ġenerali li jistgħu jiġu kkonsultati u stampati minn hypertext link imsemmija f’kuntratt konkluż bil-miktub – Kunsens tal-partijiet)

ĠU C 24, 23.1.2023, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – il-Belġju) – Tilman SA vs Unilever Supply Chain Company AG
(Kawża C-358/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fil-qasam ċivili u kummerċjali - Konvenzjoni ta’ Lugano II - Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni - Kundizzjonijiet formali - Klawżola li tinsab fil-kundizzjonijiet ġenerali - Kundizzjonijiet ġenerali li jistgħu jiġu kkonsultati u stampati minn hypertext link imsemmija f’kuntratt konkluż bil-miktub - Kunsens tal-partijiet)
(2023/C 24/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Tilman SA
Konvenut: Unilever Supply Chain Company AG
Dispożittiv
L-Artikolu 23(1) u (2) tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata fit-30 ta’ Ottubru 2007, li l-konklużjoni tagħha ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/430/KE tas-27 ta’ Novembru 2008,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni hija konkluża b’mod validu meta din tinstab f’kundizzjonijiet ġenerali li għalihom jagħmel riferiment il-kuntratt konkluż bil-miktub billi jsemmi l-hypertext link ta’ sit internet li l-aċċess għalih jippermetti, qabel l-iffirmar tal-imsemmi kuntratt, li l-imsemmija kundizzjonijiet ġenerali jsiru magħrufa, jitniżżlu u jiġu stampati, mingħajr ma l-parti li fil-konfront tagħha qiegħda tiġi invokata din il-klawżola ma tkun ġiet formalment mistiedna taċċetta dawn il-kundizzjonijiet ġenerali billi timmarka kaxxa fuq l-imsemmi sit internet.