EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0020

Kawża C-20/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-3 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – JW, HD, XS vs LOT Polish Airlines (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – It-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 7 – Ġurisdizzjoni speċjali f’materji kuntrattwali – Kunċett ta’ “post tat-twettiq tal-obbligu li jservi bħala bażi għat-talba” – Kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi – Trasport bl-ajru – Titjira kkaratterizzata minn riżervazzjoni waħda kkonfermata u operata f’numru ta’ segmenti minn żewġ trasportaturi tal-ajru distinti – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Regoli komuni fil-qasam tal-kumpens u tal-assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira – Artikolu 7 – Dritt għal kumpens – Dewmien fuq l-ewwel segment tat-titjira – Rikors għal kumpens indirizzat kontra t-trasportatur tal-ajru inkarigat minn dan l-ewwel segment tat-titjira quddiem il-qorti tal-post tal-wasla tiegħu)

ĠU C 128, 21.3.2022, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 128, 21.3.2022, p. 2–2 (GA)

21.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-3 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – JW, HD, XS vs LOT Polish Airlines

(Kawża C-20/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - It-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 7 - Ġurisdizzjoni speċjali f’materji kuntrattwali - Kunċett ta’ “post tat-twettiq tal-obbligu li jservi bħala bażi għat-talba” - Kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi - Trasport bl-ajru - Titjira kkaratterizzata minn riżervazzjoni waħda kkonfermata u operata f’numru ta’ segmenti minn żewġ trasportaturi tal-ajru distinti - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Regoli komuni fil-qasam tal-kumpens u tal-assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira - Artikolu 7 - Dritt għal kumpens - Dewmien fuq l-ewwel segment tat-titjira - Rikors għal kumpens indirizzat kontra t-trasportatur tal-ajru inkarigat minn dan l-ewwel segment tat-titjira quddiem il-qorti tal-post tal-wasla tiegħu)

(2022/C 128/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: JW, HD, XS

Konvenut: LOT Polish Airlines

Dispożittiv

It-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ titjira kkaratterizzata minn riżervazzjoni waħda, ikkonfermata għat-traġitt kollu, u maqsuma f’żewġ segmenti jew iktar ta’ titjir li fuqhom it-trasport isir minn trasportaturi tal-ajru distinti, meta rikors għal kumpens, ippreżentat fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, ikun joriġina biss minn dewmien fuq l-ewwel segment ta’ titjira kkawżat minn tluq tardiv u jkun indirizzat kontra t-trasportatur tal-ajru inkarigat milli jopera dan l-ewwel segment ta’ titjira, il-post tal-wasla tiegħu ma jistax jiġi kkwalifikat bħala “post tat-twettiq” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni..


(1)  ĠU C 98, 22.3.2021..


Top