This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TB0452
Case T-452/20 R: Order of the President of the General Court of 29 October 2020 — Facebook Ireland v Commission (Interim proceedings — Competition — Request for information — Article 18(3) of Regulation (EC) No 1/2003 — Application for interim measures — Urgency — Prima facie case — Weighing of competing interests)
Kawża T-452/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2020 – Facebook Ireland vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Talba għal informazzjoni – Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Talba għal miżuri provviżorji – Urġenza – Fumus boni juris – Ibbilanċjar tal-interessi”)
Kawża T-452/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2020 – Facebook Ireland vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Talba għal informazzjoni – Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Talba għal miżuri provviżorji – Urġenza – Fumus boni juris – Ibbilanċjar tal-interessi”)
ĠU C 19, 18.1.2021, p. 53–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/53 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2020 – Facebook Ireland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-452/20 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Talba għal informazzjoni - Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Talba għal miżuri provviżorji - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”)
(2021/C 19/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Facebook Ireland Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: D. Jowell, QC, D. Bailey, barrister, J. Aitken, D. Das, S. Malhi, R. Haria, M. Quayle, solicitors, u T. Oeyen, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte, C. Urraca Caviedes u C. Sjödin, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 3013 final tal-4 ta’ Mejju 2020 dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ AT.40684 – Facebook Marketplace).
Dispożittiv
1) |
L-eżekuzzjoni tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2020) 3013 final tal-4 ta’ Mejju 2020 dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ AT.40684 – Facebook Marketplace) sa fejn l-obbligu stabbilit fih jirrigwarda d-dokumenti li ma humiex marbuta mal-attivitajiet kummerċjali ta’ Facebook Ireland Ltd u li jinkludu data personali sensittiva, u sakemm ma tkunx implimentata l-proċedura msemmija fil-punt 2, hija sospiża. |
2) |
Facebook Ireland għandha tidentifika d-dokumenti li jinkludu d-data msemmija fil-punt 1 u tibgħathom lill-Kummissjoni fuq mezz elettroniku separat. Dawn id-dokumenti mbagħad għandhom jitqiegħdu f’kamra ta’ data virtwali li għandha tkun aċċessibbli għal numru kemm jista’ jkun limitat ta’ membri tat-tim inkarigat bl-investigazzjoni, fil-preżenza (virtwali jew fiżika) ta’ numru ekwivalenti ta’ avukati ta’ Facebook Ireland. Il-membri tat-tim inkarigat bl-investigazzjoni għandhom jeżaminaw u jagħżlu d-dokumenti inkwistjoni, filwaqt li jagħtu l-possibbiltà lill-avukati ta’ Facebook Ireland li jikkummentaw dwarhom qabel ma d-dokumenti meqjusa rilevanti jiġu inklużi fil-fajl. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil fuq il-klassifikazzjoni ta’ dokument, l-avukati ta’ Facebook Ireland għandhom id-dritt li jispjegaw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ qbil tagħhom. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil persistenti, Facebook Ireland tista’ tibda proċedura ta’ arbitraġġ quddiem id-Direttur tal-Informazzjoni, tal-Komunikazzjoni u tal-Mezzi tal-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali “Kompetizzjoni” tal-Kummissjoni. |
3) |
Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji huwa miċħud. |
4) |
Id-digriet tal-24 ta’ Lulju 2020, Facebook Ireland vs Il-Kummissjoni (T-452/20 R), huwa rrevokat. |
5) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |