Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0032

    Kawża T-32/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2020 – Buxadé Villalba et vs Il-Parlament (“Rikors għal annullament – Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament – Rikonoxximent mill-Parlament tal-elezzjoni bħala deputati Ewropej ta’ żewġ rappreżentanti eletti Spanjoli – Locus standi ta’ tliet deputati Ewropej oħra – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Talba intiża li tikseb sentenza dikjaratorja – Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment ippreżentat quddiem qorti manifestament mingħajr ġurisdizzjoni sabiex tismagħha”)

    ĠU C 19, 18.1.2021, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 19/49


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2020 – Buxadé Villalba et vs Il-Parlament

    (Kawża T-32/20) (1)

    (“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament - Rikonoxximent mill-Parlament tal-elezzjoni bħala deputati Ewropej ta’ żewġ rappreżentanti eletti Spanjoli - Locus standi ta’ tliet deputati Ewropej oħra - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Talba intiża li tikseb sentenza dikjaratorja - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment ippreżentat quddiem qorti manifestament mingħajr ġurisdizzjoni sabiex tismagħha”)

    (2021/C 19/53)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Jorge Buxadé Villalba (Madrid, Spanja) María Esperanza Araceli Aguilar Pinar (Madrid), Hermann Tertsch Del Valle-Lersundi (Madrid) (rappreżentant: M. Castro Fuertes, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u C. Burgos, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-rikonoxximent mill-Parlament tal-elezzjoni bħala deputati Ewropej ta’ Carles Puigdemont i Casamajó u Antoni Comín i Oliveres, imħabbra mill-President tal-Parlament f’seduta plenarja tat-13 ta’ Jannar 2020.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud parzjalment bħala inammissibbli u parzjalment bħala ippreżentat quddiem qorti manifestament mingħajr ġurisdizzjoni sabiex tismagħha.

    2)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Renju ta’ Spanja u ta’ Carles Puigdemont i Casamajó u Antoni Comín i Oliveres.

    3)

    Jorge Buxadé Villalba, Hermann Tertsch Del Valle-Lersundi u María Esperanza Araceli Aguilar Pinar għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.

    4)

    Ir-Renju ta’ Spanja, C. Puigdemont i Casamajó u A. Comín i Oliveres għandhom ibatu l-ispejjeż relatati mat-talbiet rispettivi tagħhom għal intervent.


    (1)  ĠU C 77, 9.3.2020.


    Top