This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TA0610
Case T-610/20: Judgment of the General Court of 27 October 2021 — Egis Bâtiments International and InCA v Parliament (Arbitration clause — Project to extend and modernise the Konrad Adenauer building in Luxembourg — Settlement agreement — Confidentiality clause — Principle of good faith — Contractual liability)
Kawża T-610/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Egis Bâtiments International u InCa vs Il-Parlament (“Klawżola ta’ arbitraġġ – Proġett ta’ estensjoni u ta’ aġġornament tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu – Ftehim ta’ riżoluzzjoni – Klawżola ta’ kunfidenzjalità – Prinċipju ta’ bona fide – Responsabbiltà kuntrattwali”)
Kawża T-610/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Egis Bâtiments International u InCa vs Il-Parlament (“Klawżola ta’ arbitraġġ – Proġett ta’ estensjoni u ta’ aġġornament tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu – Ftehim ta’ riżoluzzjoni – Klawżola ta’ kunfidenzjalità – Prinċipju ta’ bona fide – Responsabbiltà kuntrattwali”)
ĠU C 2, 3.1.2022, p. 35–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Egis Bâtiments International u InCa vs Il-Parlament
(Kawża T-610/20) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Proġett ta’ estensjoni u ta’ aġġornament tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu - Ftehim ta’ riżoluzzjoni - Klawżola ta’ kunfidenzjalità - Prinċipju ta’ bona fide - Responsabbiltà kuntrattwali”)
(2022/C 2/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Egis Batimets International (Montreuil, Franza), InCa – Ingénieurs Conseils Associés Sàrl (Niederanven, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Rodesch u R. Jazbinsek, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Caiola u L. Chretien, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, li jiġi kkonstatat li l-Parlament kiser l-Artikolu VIII tal-ftehim ta’ riżoluzzjoni tad-9 ta’ April 2019 kif ukoll l-obbligu ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni ta’ ftehimiet stabbilit fl-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili Lussemburgiż u, min-naħa l-oħra, li jiġi kkundannat iħallas is-somma ta’ EUR 100 000 taħt l-istess ftehim jew, sussidjarjament, kwalunkwe somma oħra li għandha tiġi ffissata ex aequo et bono.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Egis Bâtiments International u InCA – Ingénieurs Conseils Associés Sàrl huma kkundannati għal-ispejjeż. |