Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0582

    Kawża T-582/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Ighoga Region 10 et vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Kostruzzjoni ta’ lukanda u ta’ ċentru tal-kungressi f’Ingolstadt – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati – Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Assenza ta’ diffikultajiet serji”)

    ĠU C 7, 9.1.2023, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 7/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Ighoga Region 10 et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-582/20) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Kostruzzjoni ta’ lukanda u ta’ ċentru tal-kungressi f’Ingolstadt - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Assenza ta’ diffikultajiet serji”)

    (2023/C 7/28)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Interessengemeinschaft der Hoteliers und Gastronomen Region 10 eV (Ighoga Region 10) (Ingolstadt, il-Ġermanja), MJ, MK (rappreżentant: A. Bartosch, avukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u K. Blanck, aġenti)

    Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: J. Möller, aġent)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2020) 2623 final tat-28 ta’ April 2020 li tiddikjara, fi tmien il-fażi ta’ eżami preliminari fil-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat SA. 48582 (2017/FC), li l-miżuri ddenunzjati fl-ilment ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 minn Ighoga Region 10 dwar il-kostruzzjoni li kienet għaddejja taċ-ċentru għal kungressi ta’ Ingolstadt (il-Ġermanja) u ta’ lukanda fil-viċinanza ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat implimentati mill-Ġermanja favur il-grupp Maritim u KHI Immobilien GmbH.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċżud.

    2)

    Interessengemeinschaft der Hoteliers und Gastronomen Region 10 e. V. (Ighoga Region 10), MJ u MK huma kkundannati jbati l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 414, 30.11.2020.


    Top