Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0279

    Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20 u Kawża T-283/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – CWS Powder Coatings et vs Il-Kummissjoni (“Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem – Regolament (KE) Nru 1272/2008 – Klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet – Regolament (UE) 2020/217 – Klassifikazzjoni tad-diossidu tat-titanju fil-forma ta’ trab li fih 1 % jew iktar ta’ partiċelli ta’ dijametru inqas minn jew ekwivalenti għal 10 μm – Kriterji ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanza bħala karċinoġenu – Affidabbiltà u aċċettabbiltà tal-istudji – Sustanza intrinsikament kapaċi li tikkawża l-kanċer – Kalkolu tal-istrapazz pulmonari b’partiċelli – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 24, 23.1.2023, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – CWS Powder Coatings et vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20 u Kawża T-283/20) (1)

    (“Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Regolament (KE) Nru 1272/2008 - Klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet - Regolament (UE) 2020/217 - Klassifikazzjoni tad-diossidu tat-titanju fil-forma ta’ trab li fih 1 % jew iktar ta’ partiċelli ta’ dijametru inqas minn jew ekwivalenti għal 10 μm - Kriterji ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanza bħala karċinoġenu - Affidabbiltà u aċċettabbiltà tal-istudji - Sustanza intrinsikament kapaċi li tikkawża l-kanċer - Kalkolu tal-istrapazz pulmonari b’partiċelli - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)

    (2023/C 24/47)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż u l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti fil-Kawża T-279/20: CWS Powder Coatings GmbH (Düren, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati)

    Rikorrenti fil-Kawża T-283/20: Billions Europe Ltd (Stockton-on-Tees, ir-Renju Unit) u s-7 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: J.-P. Montfort, T. Delille u P. Chopova-Leprêtre, avukati)

    Rikorrenti fil-Kawża T-288/20: Brillux GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja), Daw SE (Ober-Ramstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti fil-Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20: S. Delaude, R. Lindenthal u M. Noll-Ehlers u, fil-Kawża T-283/20: A. Dawes, S. Delaude u R. Lindenthal, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-279/20: Billions Europe Ltd (Stockton-on-Tees) u s-7 intervenjenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: J.-P. Montfort, T. Delille u P. Chopova-Leprêtre, avukati), Ettengruber GmbH Abbruch und Tiefbau (Dachau, il-Ġermanja), Ettengruber GmbH Recycling und Verwertung (Dachau) (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati), TIGER Coatings GmbH & Co. KG (Wels, l-Awstrija) (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-283/20: il-Kunsill Ewropew għall-Industrija Kimika – European Chemical Industry Council (Cefic) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abrahams, Z. Romata u H. Widemann, avukati), il-Kunsill Ewropew għall-Industrija taż-Żebgħa, tal-Linka tal-Istampar u tal-Kuluri tal-Arti (CEPE) (Brussell), British Coatings Federation Ltd (BCF) (Coventry, ir-Renju Unit), American Coatings Association, Inc. (ACA) (Washington, DC, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Waelbroeck u I. Antypas, avukati), Mytilineos SA (Maroussi, il-Greċja), Delfi-Distomon Anonymos Metalleftiki Etaireia (Maroussi) (rappreżentanti: J.-P. Montfort, T. Delille u P. Chopova-Leprêtre, avukati)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-288/20: Billions Europe Ltd (Stockton-on-Tees) s-7 intervenjenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: J.-P. Montfort, T. Delille u P. Chopova-Leprêtre, avukati), Sto SE & Co. KGaA (Stühlingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati), Rembrandtin Coatings GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: R. van der Hout, C. Wagner u V. Lemonnier, avukati)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut fil-Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20 u fil-Kawża T-283/20: ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: M. Søndahl Wolff, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti fil-Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20: T. Stéhelin, W. Zemamta, G. Bain u J.-L. Carré u, fil-Kawża T-283/20: E. de Moustier u M. Zemamta, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti fil-Kawża T-279/20: M. Bulterman u C. Schillemans, fil-Kawża T-283/20: M. Bulterman u J. Langer u, fil-Kawża T-288/20, M. Bulterman, M. Langer u C. Schillemans, aġenti), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti fil-Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20: C. Meyer-Seitz u, fil-Kawża T-283/20: O. Simonsson, C. Meyer-Seitz, A. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, H. Shev, H. Eklinder u R. Shahsavan Eriksson, aġenti), Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: A. Hautamäki u J.-P. Trnka, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut fil-Kawża T-283/20: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: V. Klemenc, aġent)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut fil-Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Ionescu Dima, W. Kuzmienko u B. Schäfer, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-L. Meyer u T. Haas, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikorsi tagħhom ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 tal-4 ta’ Ottubru 2019 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet u li jikkoreġi dak ir-Regolament (ĠU 2020, L 44, p. 1), fir-rigward tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati tad-diossidu tat-titanju fil-forma ta’ trab li fih 1 % jew iktar ta’ partiċelli ta’ dijametru inqas minn jew ekwivalenti għal 10 μm.

    Dispożittiv

    1)

    Il-Kawżi magħquda T-279/20 u T-288/20 u l-Kawża T-283/20 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

    2)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 tal-4 ta’ Ottubru 2019 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet u li jikkoreġi dak ir-Regolament huwa annullat sa fejn jirrigwarda l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati tad-diossidu tat-titanju fil-forma ta’ trab li fih 1 % jew iktar ta’ partiċelli ta’ dijametru inqas minn jew ekwivalenti għal 10 μm.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti, fil-Kawża T-279/20, minn CWS Powder Coatings GmbH, Billions Europe Ltd u l-intervenjenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness, Ettengruber GmbH Abbruch und Tiefbau, Ettengruber GmbH Recycling und Verwertung u TIGER Coatings GmbH & Co. KG, fil-Kawża T-283/20, minn Billions Europe u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness, il-Kunsill Ewropew għall-Industrija Kimika – European Chemical Industry Council (Cefic), il-Kunsill Ewropew għall-Industrija taż-Żebgħa, tal-Linka tal-Istampar u tal-Kuluri tal-Arti (CEPE), British Coatings Federation Ltd (BCF), American Coatings Association, Inc. (ACA), Mytilineos SA u Delfi-Distomon Anonymos Metalleftiki Etaireia u, fil-Kawża T-288/20, minn Brillux GmbH & Co. KG, Daw SE, Billions Europe u l-intervenjenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness, Sto SE & Co. KGaA u minn Rembrandtin Coatings GmbH.

    4)

    Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Repubblika tas-Slovenja, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 222, 6.7.2020.


    Top