This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CB0598
Case C-598/20: Order of the Court of 1 December 2021 (request for a preliminary ruling from the Satversmes tiesa — Latvia) — Pilsētas zemes dienests AS (Reference for a preliminary ruling — Article 99 of the Rules of Procedure of the Court of Justice — Harmonisation of fiscal legislation — Common system of value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Exemptions — Article 135(1)(l) and Article 135(2) — Leasing and letting of immovable property — Exclusion from exemption of a compulsory land lease to owners of buildings — Principle of fiscal neutrality)
Kawża C-598/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Satversmes tiesa – il-Latvja) – “Pilsētas zemes dienests” AS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Eżenzjonijiet – Artikolu 135(1)(l) u (2) – Kiri u lokazzjoni ta’ proprjetajiet immobbli – Esklużjoni mill-eżenzjoni tal-kiri obbligatorju ta’ art lill-proprjetarji tal-proprjetajiet immobbli mibnija – Prinċipju ta’ newtralità fiskali)

ĠU C 95, 28.2.2022, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/2 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Satversmes tiesa – il-Latvja) – “Pilsētas zemes dienests” AS
(Kawża C-598/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet - Artikolu 135(1)(l) u (2) - Kiri u lokazzjoni ta’ proprjetajiet immobbli - Esklużjoni mill-eżenzjoni tal-kiri obbligatorju ta’ art lill-proprjetarji tal-proprjetajiet immobbli mibnija - Prinċipju ta’ newtralità fiskali)
(2022/C 95/02)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Satversmes tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent:“Pilsētas zemes dienests” AS
fil-preżenza ta’: Latvijas Republikas Saeima
Dispożittiv
L-Artikolu 135(1)(l) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-lokazzjoni ta’ artijiet taħt sistema ta’ kiri obbligatorju hija eskluża mill-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud.