EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0007

Kawża C-7/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – VS vs Hauptzollamt Münster (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Kodiċi Doganali tal-Unjoni – Regolament (UE) Nru 952/2013 – Artikolu 87(4) – Post ta’ tnissil tad-dejn doganali – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1) – Artikoli 70 u 71 – Fatt taxxabbli u eżiġibbiltà tal-VAT fuq l-importazzjoni – Post ta’ tnissil tad-dejn fiskali – Konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu impost mil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni – Oġġett fiżikament introdott fit-territorju doganali tal-Unjoni fi Stat Membru iżda daħal fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni fl-Istat Membru fejn saret il-konstatazzjoni)

ĠU C 163, 3.5.2021, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – VS vs Hauptzollamt Münster

(Kawża C-7/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Unjoni - Regolament (UE) Nru 952/2013 - Artikolu 87(4) - Post ta’ tnissil tad-dejn doganali - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1) - Artikoli 70 u 71 - Fatt taxxabbli u eżiġibbiltà tal-VAT fuq l-importazzjoni - Post ta’ tnissil tad-dejn fiskali - Konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu impost mil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni - Oġġett fiżikament introdott fit-territorju doganali tal-Unjoni fi Stat Membru iżda daħal fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni fl-Istat Membru fejn saret il-konstatazzjoni)

(2021/C 163/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VS

Konvenut: Hauptzollamt Münster

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti suġġetti għal dazji doganali titnissel fl-Istat Membru fejn saret il-konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu impost mil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, meta l-oġġetti inkwistjoni, anki jekk fiżikament ġew introdotti fit-territorju doganali tal-Unjoni fi Stat Membru ieħor, daħlu fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni fl-Istat Membru fejn saret l-imsemmija konstatazzjoni.


(1)  ĠU C 137, 27.4.2020.


Top