Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0255

    Kawża T-255/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2018 — Baustoffwerke Gebhart & Söhne vs EUIPO (BIOTON)

    ĠU C 187, 3.6.2019, p. 89–90 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 187/89


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2018 — Baustoffwerke Gebhart & Söhne vs EUIPO (BIOTON)

    (Kawża T-255/19)

    (2019/C 187/96)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Baustoffwerke Gebhart & Söhne GmbH & Co. KG (Aichstetten, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Strauß, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BIOTON” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 746 009

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1887/2017-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea BIOTON għall-prodotti kollha msemmija fl-applikazzjoni;

    sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO, bil-għan li d-deċiżjoni kkontestata tiġi emendata u r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 746 009 BIOTON tiġi awtorizzata

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top