Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0233

    Kawżi magħquda T-233/19 u T-234/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Infineon Technologies Dresden u Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna implimentata mill-Ġermanja favur ċerti konsumaturi kbar tal-elettriku – Eżenzjoni mit-tariffi tan-network għall-perijodu 2012-2013 – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru tal-għajnuna mogħtija – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Ammissibilità – Kunċett ta’ għajnuna – Riżorsi tal-Istat”)

    ĠU C 471, 22.11.2021, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 471/41


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Infineon Technologies Dresden u Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T-233/19 u T-234/19) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna implimentata mill-Ġermanja favur ċerti konsumaturi kbar tal-elettriku - Eżenzjoni mit-tariffi tan-network għall-perijodu 2012-2013 - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru tal-għajnuna mogħtija - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Ammissibilità - Kunċett ta’ għajnuna - Riżorsi tal-Istat”)

    (2021/C 471/57)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent fil-Kawża T-233/19: Infineon Technologies Dresden GmbH & Co. KG (Dresden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Assmann u M. Peiffer, avukati)

    Rikorrent fil-Kawża T-234/19: Infineon Technologies AG (Neubiberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Assmann u M. Peiffer, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u K. Hermann, aġenti)

    Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: D. Klebs, J. Möller, R. Kanitz, S. Heimerl u S. Costanzo, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/56 tat-28 ta’ Mejju 2018 dwar skema ta’ għajnuna SA.34045 (2013/c) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-konsumaturi ta’ karga bażika skont l-Artikolu 19 tar-Regolament StromNEV (ĠU 2019, L 14, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    2)

    Infineon Technologies Dresden GmbH & Co. KG u Infineon Technologies AG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


    Top