Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0027

    Kawża T-27/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2022 – Pilatus Bank u Pilatus Holding vs BĊE (“Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Kompiti speċifiċi ta’ superviżjoni fdati lill-BĊE – Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu – Akkuża tal-azzjonarju prinċipali f’pajjiż terz – Kriterju ta’ reputazzjoni tajba – Perċezzjoni tar-reputazzjoni tajba mis-suq – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Drittijiet tad-difiża”)

    ĠU C 128, 21.3.2022, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 128, 21.3.2022, p. 8–8 (GA)

    21.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 128/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2022 – Pilatus Bank u Pilatus Holding vs BĊE

    (Kawża T-27/19) (1)

    (“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Kompiti speċifiċi ta’ superviżjoni fdati lill-BĊE - Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu - Akkuża tal-azzjonarju prinċipali f’pajjiż terz - Kriterju ta’ reputazzjoni tajba - Perċezzjoni tar-reputazzjoni tajba mis-suq - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Drittijiet tad-difiża”)

    (2022/C 128/22)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Pilatus Bank plc (Ta’ Xbiex, Malta), Pilatus Holding Ltd. (Ta’ Xbiex) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Yoo, M. Puidokas u A. Karpf, aġenti)

    Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, A. Nijenhuis u A. Steiblytė, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE tat-2 ta’ Novembru 2018 li tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ Pilatus Bank għall-operat ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Pilatus Bank plc u Pilatus Holding Ltd. għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 72, 25.2.2019.


    Top