This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0340
Case C-340/19: Request for a preliminary ruling from the Augstākā tiesa (Senāts) (Latvia) lodged on 29 April 2019 — Valsts ieņēmumu dienests v SIA ‘Hydro Energo’
Kawża C-340/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fid-29 ta’ April 2019 — Valsts ieņēmumu dienests vs SIA Hydro Energo
Kawża C-340/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fid-29 ta’ April 2019 — Valsts ieņēmumu dienests vs SIA Hydro Energo
ĠU C 220, 1.7.2019, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fid-29 ta’ April 2019 — Valsts ieņēmumu dienests vs SIA Hydro Energo
(Kawża C-340/19)
(2019/C 220/31)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa (Senāts)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Valsts ieņēmumu dienests
Konvenuta: SIA Hydro Energo
Domanda preliminari
In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), fil-verżjoni tagħha kif emendata bir-Regolament (UE) Nru 1006/2011 tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2011 (2), għandha tiġi interpetata fis-sens li l-intestatura 7407 (vireg u profili tar-ram) tinkludi ingotti tar-ram jew tal-liga tar-ram, ta’ għamla rettangolari, li l-ħxuna tagħhom hija ikbar minn wieħed minn għaxra tal-wisa’ u li ġew illaminati bis-sħana, iżda li fit-taqsima trasversali tagħhom fiha pori, ħofor u xquq irregolari?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.
(2) ĠU 2011, L 282, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2012, L 226, p. 8 u ĠU 2011, L 290, p. 6.