EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0261
Case C-261/19P: Appeal brought on 26 March 2019 by Cham Holding Co. SA against the judgment of the General Court (Fifth Chamber) delivered on 16 January 2019 in Case T-413/16 Cham v Council
Kawża C-261/19 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2019 minn Cham Holding Co. SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Jannar 2019 fil-Kawża T-413/16, Cham vs Il-Kunsill
Kawża C-261/19 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2019 minn Cham Holding Co. SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Jannar 2019 fil-Kawża T-413/16, Cham vs Il-Kunsill
ĠU C 187, 3.6.2019, p. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/50 |
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2019 minn Cham Holding Co. SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Jannar 2019 fil-Kawża T-413/16, Cham vs Il-Kunsill
(Kawża C-261/19 P)
(2019/C 187/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Cham Holding Co. SA (rappreżentant: E. Ruchat, avocat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat; |
— |
għaldaqstant, tannulla s-sentenza tas-16 ta’ Jannar 2019, Cham vs Il-Kunsill, T-413/16. |
Filwaqt li tiddeċiedi fuq il-mertu:
— |
tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 u l-atti sussegwenti ta’ implimentazzjoni tagħha, sa fejn jikkonċernaw lill-appellanti; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ma rrispettatx id-dritt tal-appellanti, sanċit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li tinstema’ qabel jiġu adottati miżuri restrittivi ġodda.
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq distorsjoni tal-fatti sa fejn il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-artikli ppreżentati mill-appellanti insostenn tar-rikors għal annullament tagħha bil-għan li turi li ma kinitx tipprovdi għajnuna lir-reġim Sirjan.
It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li huma illegali l-Artikoli 27 u 28 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, li jipprovdu li l-fatt li hija l-proprjetà tal-familja Al-Assad jew tal-familja Makhlouf jikkostitwixxi kriterju awtonomu li jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ sanzjoni, b’tali mod li jaqilbu l-oneru tal-prova.