Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0038

    Kawża C-38/19 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2019 minn Marion Le Pen mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-28 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-161/17, Le Pen vs Il-Parlament

    ĠU C 82, 4.3.2019, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 82/21


    Appell ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2019 minn Marion Le Pen mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-28 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-161/17, Le Pen vs Il-Parlament

    (Kawża C-38/19 P)

    (2019/C 82/23)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Marion Anne Perrine, imsejħa Marine, Le Pen (rappreżentant: R. Bosselut, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla s-sentenza mogħtija fit-28 ta’ Novembru 2018 mis-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-161/17.

    Għaldaqstant:

    tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Jannar 2017, mogħtija b’applikazzjoni tal-Artikolu 68 tad-Deċiżjoni 2009/C 159/01 tal-Uffiċċju tal-Parlament tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008“dwar il-Miżuri ta’ Implimentazjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew”, kif emendata, li tikkonstata dejn tal-ammont ta’ EUR 41 554.

    tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2017-22 tal-11 ta’ Jannar 2017 li tinforma lir-rikorrenti li ġie kkonstatat dejn fil-konfront tagħha wara d-deċiżjoni tas-Segretarju Parlamentari tas-6 ta’ Jannar 2017, għall-irkupru tas-somom indebitament imħallsa għall-assistenza parlamentari, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 68 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut u tal-Artikoli 78, 79 u 80 tar-Regolament Finanzjarju.

    tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż kollha.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    A -

    Aggravju ta’ ordni pubbliku: Ksur tad-dritt tal-Unjoni – Żbalji ta’ liġi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Ksur tad-drittijiet tad-difiża -

    Dan l-aggravju huwa bbażat fuq l-assenza ta’ smigħ personali tar-rikorrenti u l-assenza ta’ trażmissjoni tal-fajl u b’mod partikolari tar-rapport tal-OLAF mis-Segretarju Ġenerali.

    Id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti nkisru mill-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni u l-Artikolu 6 tal-KEDB.

    B -

    Ksur tad-dritt tal-Unjoni – Żbalji ta’ liġi – Ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali – Żball ta’ klassifikazzjoni tan-natura ġuridika tal-fatti, żnaturament tal-fatti u tal-provi

    Il-Qorti Ġenerali żnaturat is-sens tad-dokumenti prodotti mir-rikorrenti bħala anness għall-ittra tagħha tal-14 ta’ Marzu 2016 indirizzata lill-OLAF.

    Ma jistax jiġi jostnut li s-somom imħallsa skont il-kuntratt “artifiċjali” ma ntużawx b’konformità mal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut. Ma hemm għalhekk l-ebda użu ħażin fl-iskop jew fin-natura ta’ dawn il-fondi, u lanqas ma hemm dannu għall-Parlament.

    C-

    Użu ħażin ta’ poter – Fumus persecutionis

    Id-diskriminazzjonijiet, iż-żamma ta’ provi, iż-żlealtà u l-ksur tad-drittijiet tad-difiża li huwa ħati tagħhom is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament fil-konfront tar-rikorrenti jikkostitwixxu u kellhom jikkostitwixxu f’għajnejn il-Qorti Ġenerali “indizji oġġettivi, rilevanti u konkordanti, meħudha bl-iskop esklużiv, jew minn tal-inqas bl-iskop determinanti, li jintlaħqu għanijiet differenti minn dawk indikati jew sabiex tiġi evitata proċedura speċifikament prevista mit-Trattat sabiex jiġu evitati ċ-ċirkustanzi tal-każ”, u jindikaw u huma vvizzjati minn fumus persecutionis għad-detriment tar-rikorrenti.


    Top