Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0024

    Kawża C-24/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad voor Vergunningsbetwistingen – il-Belġju) – A et vs Gewestelijke stedenbouwkundige ambtenaar van het departement Ruimte Vlaanderen, afdeling Oost-Vlaanderen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2001/42/KE – Stima tal-effetti fuq l-ambjent – Permess ta’ żvilupp urban għall-installazzjoni u għall-użu ta’ eoliċi – Artikolu 2(a) – Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” – Kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ permess stabbiliti b’digriet u ċirkulari – Artikolu 3(2)(a) – Atti nazzjonali li jiddefinixxu qafas li fih l-implimentazzjoni ta’ proġetti tista’ tiġi awtorizzata fil-futur – Assenza ta’ evalwazzjoni ambjentali – Żamma tal-effetti tal-atti nazzjonali u tal-permessi maħruġa abbażi tagħhom wara li tkun ġiet ikkonstatata n-nuqqas ta’ konformità ta’ dawn l-atti mad-dritt tal-Unjoni – Kundizzjonijiet)

    ĠU C 279, 24.8.2020, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad voor Vergunningsbetwistingen – il-Belġju) – A et vs Gewestelijke stedenbouwkundige ambtenaar van het departement Ruimte Vlaanderen, afdeling Oost-Vlaanderen

    (Kawża C-24/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/42/KE - Stima tal-effetti fuq l-ambjent - Permess ta’ żvilupp urban għall-installazzjoni u għall-użu ta’ eoliċi - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” - Kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ permess stabbiliti b’digriet u ċirkulari - Artikolu 3(2)(a) - Atti nazzjonali li jiddefinixxu qafas li fih l-implimentazzjoni ta’ proġetti tista’ tiġi awtorizzata fil-futur - Assenza ta’ evalwazzjoni ambjentali - Żamma tal-effetti tal-atti nazzjonali u tal-permessi maħruġa abbażi tagħhom wara li tkun ġiet ikkonstatata n-nuqqas ta’ konformità ta’ dawn l-atti mad-dritt tal-Unjoni - Kundizzjonijiet)

    (2020/C 279/11)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad voor Vergunningsbetwistingen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: A, B, C, D, E

    Konvenut: Gewestelijke stedenbouwkundige ambtenaar van het departement Ruimte Vlaanderen, afdeling Oost-Vlaanderen

    fil-prezenza ta’: Organisatie voor Duurzame Energie Vlaanderen VZW

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” digriet u ċirkulari, adottati mill-gvern ta’ entità federali ta’ Stat Membru, li t-tnejn li huma jinkludu dispożizzjonijiet differenti dwar l-installazzjoni u l-użu ta’ eoliċi.

    2)

    L-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu pjanijiet u programmi li għandhom jiġu suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali skont din id-dispożizzjoni, digriet u ċirkulari, li t-tnejn li huma jinkludu dispożizzjonijiet differenti dwar l-installazzjoni u l-użu ta’ eoliċi, fosthom miżuri dwar il-projezzjoni ta’ dell, is-sigurtà kif ukoll l-istandards dwar il-ħoss.

    3)

    Fil-każ li jidher li evalwazzjoni ambjentali, fis-sens tad-Direttiva 2001/42, kellha titwettaq qabel l-adozzjoni tad-digriet u taċ-ċirkulari li fuqhom huwa bbażat permess dwar l-installazzjoni ta’ eoliċi kkontestat quddiem qorti nazzjonali, b’tali mod li dawn l-atti u dan il-permess ma humiex konformi mad-dritt tal-Unjoni, din il-qorti tista’ żżomm l-effetti tal-imsemmija atti u tal-imsemmi permess biss jekk id-dritt intern jippermettilha tagħmel dan fil-kuntest tal-kawża li hija tkun adita biha, u fil-każ li l-annullament tal-imsemmi permess x’aktarx ikollu riperkussjonijiet sinjifikattivi fuq il-provvista tal-elettriku għall-Istat Membru kollu kkonċernat u dan biss matul iż-żmien strettament neċessarju sabiex din l-illegalità tiġi rrimedjata. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha, jekk ikun il-każ, tagħmel din l-evalwazzjoni fil-kawża prinċipali.


    (1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


    Top