Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0516

    Kawża T-516/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2018 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 399, 5.11.2018, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/40


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2018 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-516/18)

    (2018/C 399/55)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: D. Holderer, aġent u D. Waelbroeck, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

    prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2018 dwar l-allegata għajnuna mill-Istat SA.44888 li ġiet implimentata mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Engie;

    sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2018 dwar l-allegata għajnuna mill-Istat SA.44888 li ġiet implimentata mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Engie sa fejn hija tordna l-irkupru tal-għajnuna;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Aritkolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), sa fejn il-Kummissjoni ma wrietx is-selettività tal-miżuri inkwistjoni.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma wrietx l-eżistenza ta’ kwalunkwe vantaġġ favur Engie.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 4 u 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), sa fejn il-Kummissjoni fil-fatt tipproċedi b’armonizzazzjoni fiskali moħbija.

    4.

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9) u d-drittijiet tad-difiża.

    5.

    Il-ħames motiv, imqajjem b’mod sussidjarju u bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 16 tar-Regolament 2015/1589 msemmi iktar ’il fuq, sa fejn il-Kummissjoni ordnat l-irkupru tal-għajnuna bi ksur tal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni.


    Top