Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0127

    Kawża T-127/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Cortina u FLA Europe vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 142, 23.4.2018, p. 66–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 142/66


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Cortina u FLA Europe vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-127/18)

    (2018/C 142/84)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Cortina (Oudenaarde, il-Belġju) u FLA Europe (Oudenaarde) (rappreżentanti: S. De Knop, B. Natens u A. Willems, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara ir-rikors ammissibbli;

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, u

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) TUE minħabba l-assenza ta’ bażi legal tar-regolament ikkontestat u, sussidjarjament, fuq ksur tal-prinċipju tal-bilanċ istituzzjonali sanċit fl-Artikolu 13(2) TUE.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 226 TFUE, minħabba n-nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International (C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74).

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (4) TUE, sa fejn ġie adottat att li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħaq l-għan tiegħu.


    Top