Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0106

    Kawża T-106/18: Rikors ippreżentat fit-20 ta’ Frar 2018 – Laverana vs EUIPO – Agroecopark (VERA GREEN)

    ĠU C 142, 23.4.2018, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 142/58


    Rikors ippreżentat fit-20 ta’ Frar 2018 – Laverana vs EUIPO – Agroecopark (VERA GREEN)

    (Kawża T-106/18)

    (2018/C 142/75)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Laverana GmbH & Co.KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u R. Drozdz, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Agroecopark (Majadahonda, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “VERA GREEN” Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 068 646

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 982/2017-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


    Top