EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0095

Kawża T-95/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2018 – Gollnisch vs Il-Parlament

ĠU C 142, 23.4.2018, p. 55–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/55


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2018 – Gollnisch vs Il-Parlament

(Kawża T-95/18)

(2018/C 142/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentant: B. Bonnefoy-Claudet, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew bid-data tat-23 ta’ Ottubru 2017, bir-referenza PE 610.437/BUR/Decision, kif innotifikata bl-ittra tal-President tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Diċembru bir-referenza D 318700 u li tiċħad l-ilment ta’ B. Gollnisch fl-appell tal-Kwesturi kontra d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali;

tannulla d-deċiżjoni kollha tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew bid-data tal-1 ta’ Lulju 2016, innotifikata fis-6, li tirrigwarda “ammont ta’ EUR 275 984,23 li kien tħallas indebitament favur Bruno Gollnisch” u li tordna lill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti u lill-kontabilist tal-istituzzjoni biex jirkupraw din is-somma;

tannulla n-notifika u l-miżuri ta’ implimentazzjoni kollha tad-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq, inklużi fl-ittra tad-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tas-6 ta’ Lulju 2016, ref. D 201920;

tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2016-914 fl-intier tagħha ffirmata mill-istess direttur ġenerali tal-finanzi fid-data tal-5 ta’ Lulju 2016;

tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 50 000 b’kumpens tad-dannu morali li jirriżulta kemm mill-akkużi infondati esposti qabel il-konklużjoni tal-inkjesta, kemm mill-ħsara li saret għar-reputazzjoni tiegħu, kif ukoll mill-problemi kbar ħafna fil-ħajja personali u politika tiegħu li kienu l-konsegwenza tad-deċiżjoni kkontestata, u mis-somma kunsiderevoli ta’ xogħol li ġie kostrett jiddedika lil dawn il-proċeduri;

tħallas lilu ukoll is-somma ta’ EUR 28 000 bħala spejjeż li ġew sostnuti għas-servizz tal-konsulenza legali, għall-preparazzjoni ta’ dan ir-rikors u għall-fotokopjar u għall-preżentata tal-imsemmi rikors u tad-dokumenti annessi;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi diretti speċifikament kontra d-deċiżjoni tal-Bureau.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq diversi ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali li l-konvenut wettaq matul l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Skont ir-rikorrent, il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt tar-rikorrent li jara l-kawża tiegħu mismugħa minn qorti imparzjali. Il-konvenut kiser ukoll id-drittijiet tiegħu tad-difiża. Sussegwentement id-deċiżjoni kkontestata tibbaża fuq dikjarazzjoni mhux eżatta tar-rappreżentat tal-Kwesturi u r-raġuni tiegħu ma hijiex suffiċjenti, sa fejn hija ma tirrispondix għal diversi lmenti mqajjma mir-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żnaturament tal-fatti li wassal għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Ir-rikorrent iqajjem ukoll il-motivi li ressaq kontra d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali argumentati quddiem il-Bureau tal-Parlament, sa fejn dan tal-aħħar żamm id-deċiżjoni kkontestata, mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni b’mod korrett l-argumenti imressqa mir-rikorrent.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq vizzji li jaffettwaw l-adozzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali, relatati man-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tas-Segretarju Ġenerali, mal-ksur tad-drittijiet tad-difiża, mal-inverżjoni tal-oneru tal-prova, man-nuqqas ta’ suffiċjenza ta’ motivazzjoni, kif ukoll mal-preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u għall-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq preġudizzju għad-drittijiet ċiviċi tal-assistenti parlamentarji, tat-trattament diskriminatorju implimentat kontra r-rikorrent, ta’ użu ħażin ta’ poter, ta’ preġudizzju għall-indipendenza tad-deputati u ta’ ksur tar-rwol tal-assistenti parlamentarji lokali, kif ukoll ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


Top