This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TA0616
Case T-616/18: Judgment of the General Court of 2 February 2022 — Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo v Commission (Commitments by Gazprom) (Competition — Abuse of a dominant position — Gas markets of central and eastern Europe — Decision to make binding the individual commitments proposed by an undertaking — Article 9 of Regulation (EC) No 1/2003 — Whether the commitments are adequate in the light of the competition concerns initially identified in the statement of objections — Commission decision not to require commitments in relation to some of the initial concerns — Principle of sound administration — Transparency — Obligation to state reasons — Energy-policy objectives of the European Union — Principle of energy solidarity — Misuse of powers)
Kawża T-616/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 20222 – Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo vs Il-Kummissjoni (Impenji ta’ Gazprom) (“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Swieq tal-gass tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant – Deċiżjonijiet li jrendu impenji individwali offruti minn impriża vinkolanti – Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru° 1/2003 – Adegwatezza tal-impenji fir-rigward tat-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat inizjalment fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Rinunzja tal-Kummissjoni li teżiġi impenji li jirrigwardaw xi wħud mit-tħassib inizjali – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Trasparenza – Obbligu ta’ motivazzjoni – Għanijiet kollha tal-politika tal-enerġija tal-Unjoni – Prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika – Użu ħażin ta’ poter”)

ĠU C 128, 21.3.2022, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 128, 21.3.2022, p. 7–7
(GA)
21.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 20222 – Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo vs Il-Kummissjoni (Impenji ta’ Gazprom)
(Kawża T-616/18) (1)
(“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Swieq tal-gass tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant - Deċiżjonijiet li jrendu impenji individwali offruti minn impriża vinkolanti - Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nruo 1/2003 - Adegwatezza tal-impenji fir-rigward tat-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat inizjalment fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet - Rinunzja tal-Kummissjoni li teżiġi impenji li jirrigwardaw xi wħud mit-tħassib inizjali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Trasparenza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Għanijiet kollha tal-politika tal-enerġija tal-Unjoni - Prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika - Użu ħażin ta’ poter”)
(2022/C 128/20)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: K. Karasiewicz, radca prawny, T. Kaźmierczak, K. Kicun u P. Moskwa, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Meessen u J. Szczodrowski, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: K. Dieninis u R. Dzikovič, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Nowacki, aġenti), Overgas Inc. (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: S. Gröss u S. Cappellari, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Gazprom PJSC (Moska, ir-Russja), Gazprom export LLC (Saint-Pétersbourg, ir-Russja) (rappreżentanti: J. Karenfort, J. Hainz, B. Evtimov, N. Tuominen, J. Heithecker, avukati, u D. O’Keeffe, solicitor)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni C C(2018) 3106 final tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 2018 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39816 – Provvista ta’ gass upstream fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, Gazprom PJSC u Gazprom export LLC. |
3) |
ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Polonja u Overgas Inc. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |