Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0076

    Kawża T-76/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – CN vs Il-Parlament (“Servizz pubbliku — Assistenti Parlamentari Akkreditati — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għal assistenza — Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal — Fastidju psikoloġiku — Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta’ fastidju bejn l-Assistenti Parlamentari Akkreditati u l-Membri tal-Parlament Ewropew u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol — Deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza — Dritt għal smigħ — Prinċipju ta’ kontradittorju — Rifjut ta’ komunikazzjoni tal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv u tal-minuti tas-smigħ tax-xhieda — Rifjut tal-istituzzjoni konvenuta li tikkonforma ruħha ma’ miżura istruttorja tal-Qorti Ġenerali”)

    ĠU C 82, 4.3.2019, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 82/54


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – CN vs Il-Parlament

    (Kawża T-76/18) (1)

    ((“Servizz pubbliku - Assistenti Parlamentari Akkreditati - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku - Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta’ fastidju bejn l-Assistenti Parlamentari Akkreditati u l-Membri tal-Parlament Ewropew u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol - Deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ kontradittorju - Rifjut ta’ komunikazzjoni tal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv u tal-minuti tas-smigħ tax-xhieda - Rifjut tal-istituzzjoni konvenuta li tikkonforma ruħha ma’ miżura istruttorja tal-Qorti Ġenerali”))

    (2019/C 82/64)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: CN (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha u E. Taneva, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-20 ta’ Marzu 2017 li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ ta’ dik l-istituzzjoni ċaħdet it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrent fit-13 ta’ Frar 2013 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li huwa allegatament sofra.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2017, li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ ta’ dik l-istituzzjoni ċaħdet it-talba għal assistenza mressqa minn CN fit-13 ta’ Frar 2013, hija annullata.

    2)

    Il-Parlament huwa kkundannat iħallas lil CN, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab, is-somma ta’ EUR 8 500.

    3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    4)

    Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


    Top