Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0065

    Kawża T-65/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Il-Venezwela vs Il-Kunsill (“Rikors għal annullament – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Rikors ippreżentat minn Stat terz – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 399, 25.11.2019, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/46


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Il-Venezwela vs Il-Kunsill

    (Kawża T-65/18) (1)

    (“Rikors għal annullament - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Venezwela - Rikors ippreżentat minn Stat terz - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)

    (2019/C 399/55)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela (rappreżentanti: F. Di Gianni u L. Giuliano, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Mahnič u L. Ozola, sussegwentement P. Mahnič u A. Antoniadis, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2017, L 295, p. 21), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 tas-6 ta’ Novembru 2018 li jimplimenta r-Regolament 2017/2063 (ĠU 2018, L 276, p. 1), u, it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656 tas-6 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 276, p. 10), sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jikkonċernaw ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


    Top