EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0056

Kawża T-56/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — Team Beverage vs EUIPO (WEIN FÜR PROFIS) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva WEIN FÜR PROFIS — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Natura qarrieqa — Artikolu 7(1)(b)(c) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

ĠU C 220, 1.7.2019, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — Team Beverage vs EUIPO (WEIN FÜR PROFIS)

(Kawża T-56/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva WEIN FÜR PROFIS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Natura qarrieqa - Artikolu 7(1)(b)(c) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 220/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Team Beverage AG (Wildeshausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Novembru 2017 (Każ R 501/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv WEIN FÜR PROFIS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Team Beverage AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 104, 19.3.2018.


Top