This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0498
Case C-498/18: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Supremo (Spain) lodged on 27 July 2018 — ZW v Deutsche Lufthansa AG
Kawża C-498/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-27 ta’ Lulju 2018 – ZW vs Deutsche Lufthansa AG
Kawża C-498/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-27 ta’ Lulju 2018 – ZW vs Deutsche Lufthansa AG
ĠU C 399, 5.11.2018, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-27 ta’ Lulju 2018 – ZW vs Deutsche Lufthansa AG
(Kawża C-498/18)
(2018/C 399/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ZW
Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG
Domandi preliminari
1) |
It-terminu ta’ sentejn sabiex tiġi eżerċitata l-azzjoni prevista fl-Artikolu 35(1) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, jista’ jiġi interrott jew sospiż? |
2) |
L-Artikolu 35(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal li jipprovdi li “[i]l-metodu ta’ kalkolazzjoni ta’ dak il-perijodu ghandu jigi determinat mil-ligi tal-qorti li tkun qed tissindaka l-każ” jippermetti li jiġi kkunsidrat li dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali dwar il-bidu tal-kalkolu tat-terminu tista’ tipprevali fuq id-dispożizzjoni ġenerali tal-Artikolu 35(1) li tipprovdi li t-terminu jibda jiddekorri mal-wasla fid-destinazzjoni? |