Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CB0237

    Kawża C-237/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège – il-Belġju) – Pauline Stiernon et vs Etat belge, SPF Santé publique, Communauté française de Belgique (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Moviment liberu tal-ħaddiema — Libertà professjonali — Artikoli 20, 21 u 45 TFUE — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 15 — Professjoni ta’ terapista tal-psikomotorja mhux inkluża fil-lista nazzjonali tal-professjonijiet paramediċi)

    ĠU C 399, 5.11.2018, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/17


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège – il-Belġju) – Pauline Stiernon et vs Etat belge, SPF Santé publique, Communauté française de Belgique

    (Kawża C-237/18) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Moviment liberu tal-ħaddiema - Libertà professjonali - Artikoli 20, 21 u 45 TFUE - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 15 - Professjoni ta’ terapista tal-psikomotorja mhux inkluża fil-lista nazzjonali tal-professjonijiet paramediċi))

    (2018/C 399/23)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de première instance de Liège

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Pauline Stiernon, Marion Goraguer, Muriel Buccarello, Clémentine Vasseur, Manon Pirotton, Anissa Quotb

    Konvenuti: Etat belge, SPF Santé publique, Communauté française de Belgique

    Dispożittiv

    L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi l-lista tal-professjonijiet paramediċi, li ma tinkludix il-professjoni ta’ terapista tal-psikomotorja f’din il-lista, filwaqt li ġiet stabbilita lawrea ta’ Baċellerat fit-terapija psikomotorja f’dan l-Istat Membru.


    (1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


    Top