Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CB0090

    Kawża C-90/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Visoki upravni sud – il-Kroazja) – Hrvatska banka za obnovu i razvitak (HBOR) vs Povjerenik za informiranje Republike Hrvatske (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza ta’ dettalji suffiċjenti fir-rigward tal-kuntest fattwali u regolatorju tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

    ĠU C 399, 5.11.2018, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/15


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Visoki upravni sud – il-Kroazja) – Hrvatska banka za obnovu i razvitak (HBOR) vs Povjerenik za informiranje Republike Hrvatske

    (Kawża C-90/18) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ dettalji suffiċjenti fir-rigward tal-kuntest fattwali u regolatorju tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà manifesta))

    (2018/C 399/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Kroat

    Qorti tar-rinviju

    Visoki upravni sud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Hrvatska banka za obnovu i razvitak (HBOR)

    Konvenut: Povjerenik za informiranje Republike Hrvatske

    fil-preżenza ta’: Hrvoje Šimić

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki upravni sud (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell, il-Kroazja), permezz ta’ deċiżjoni tal-1 ta’ Frar 2018, hija manifestament inammissibbli.


    (1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


    Top