Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0762

    Kawżi Magħquda C-762/18 u C-37/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rayonen sad Haskovo – il-Bulgarija, u tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – QH vs Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria (C-762/18), CV vs Iccrea Banca SpA (C-37/19) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Direttiva 2003/88/CE – Artikolu 7 – Ħaddiem imkeċċi illegalment u rreintegrat permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja fil-funzjonijiet tiegħu – Esklużjoni tad-dritt għal-leave annwali mħallas mhux meħud għall-perijodu bejn it-tkeċċija u r-reintegrazzjoni – Assenza tad-dritt għal kumpens finanzjarju għal leave annwali mhux meħud għall-istess perijodu fil-każ ta’ terminazzjoni sussegwenti tar-relazzjoni ta’ impjieg)

    ĠU C 279, 24.8.2020, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rayonen sad Haskovo – il-Bulgarija, u tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – QH vs Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria (C-762/18), CV vs Iccrea Banca SpA (C-37/19)

    (Kawżi Magħquda C-762/18 u C-37/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Direttiva 2003/88/CE - Artikolu 7 - Ħaddiem imkeċċi illegalment u rreintegrat permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja fil-funzjonijiet tiegħu - Esklużjoni tad-dritt għal-leave annwali mħallas mhux meħud għall-perijodu bejn it-tkeċċija u r-reintegrazzjoni - Assenza tad-dritt għal kumpens finanzjarju għal leave annwali mhux meħud għall-istess perijodu fil-każ ta’ terminazzjoni sussegwenti tar-relazzjoni ta’ impjieg)

    (2020/C 279/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qrati tar-rinviju

    Rayonen sad Haskovo, Corte suprema di cassazione

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: QH (C-762/18), CV (C-37/19)

    Konvenuti: Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria (C-762/18), Iccrea Banca SpA (C-37/19)

    fil-preżenza ta’: Prokuratura na Republika Bulgaria (C-762/18)

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li abbażi tagħha ħaddiem imkeċċi illegalment, u sussegwentement irreintegrat fl-impjieg tiegħu, konformement mad-dritt nazzjonali, wara l-annullament tat-tkeċċija tiegħu permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, ma għandux dritt għal leave annwali mħallas għall-perijodu ta’ bejn id-data tat-tkeċċija u d-data tar-reintegrazzjoni tiegħu fl-impjieg li huwa kellu, għar-raġuni li, matul dan il-perijodu, dan il-ħaddiem ma wettaqx xogħol effettiv fis-servizz tal-persuna li timpjega.

    2)

    L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li abbażi tagħha, fil-każ ta’ terminazzjoni ta’ relazzjoni ta’ impjieg li sseħħ wara li l-ħaddiem ikkonċernat ġie mkeċċi illegalment, u sussegwentement irreintegrat fl-impjieg tiegħu, konformement mad-dritt nazzjonali, wara l-annullament tat-tkeċċija tiegħu permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, dan il-ħaddiem ma għandux dritt għal kumpens finanzjarju abbażi tal-leave annwali mħallas mhux użat matul il-perijodu ta’ bejn id-data tat-tkeċċija illegali u dik tar-reintegrazzjoni tiegħu fl-impjieg li huwa kellu.


    (1)  ĠU C 54, 11.02.2019

    ĠU C 182,27.05.2019


    Top