Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0730

    Kawża C-730/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2020 – SC vs Eulex Kosovo (Appell – Klawżola ta’ arbitraġġ – Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea – Kompetizzjoni interna – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ xogħol – Att separabbli mill-kuntratt)

    ĠU C 279, 24.8.2020, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2020 – SC vs Eulex Kosovo

    (Kawża C-730/18 P) (1)

    (Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea - Kompetizzjoni interna - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ xogħol - Att separabbli mill-kuntratt)

    (2020/C 279/05)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellant: SC (rappreżentanti: A. Kunst, Rechtsanwältin, L. Moro, avvocatessa)

    Parti oħra fil-proċedura: Eulex Kosovo (rappreżentant: E. Raoult, advocate)

    Dispożittiv

    1)

    Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Settembru 2018, SC vs Eulex Kosovo (T-242/17, EU:T:2018:586), huwa annullat.

    2)

    Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

    3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 112, 25.03.2019.


    Top