Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0803

Kawża T-803/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2017 – Dermatest vs EUIPO (ORIGINAL excellent dermatest)

ĠU C 42, 5.2.2018, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/43


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2017 – Dermatest vs EUIPO (ORIGINAL excellent dermatest)

(Kawża T-803/17)

(2018/C 042/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dermatest Gesellschaft für allergologische Forschung u. Vertrieb von Körperpflegemitteln mbH (Münster, Deutschland) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “ORIGINAL excellent dermatest” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 073 364

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 526/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inklużi dawk tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top