EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0748

Kawża T-748/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2017 – TrekStor vs EUIPO – Beats Electronics (i.Beat)

ĠU C 22, 22.1.2018, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/50


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2017 – TrekStor vs EUIPO – Beats Electronics (i.Beat)

(Kawża T-748/17)

(2018/C 022/66)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TrekStor Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, M. Alber, A. Schönfleisch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beats Electronics LLC (Culver City, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “i.Beat” – Trade mark tal-Unjoni Nru 5 009 139

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2017 fil-Każijiet magħquda R 2175/2016-4 u R 2213/2016-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad l-appell tar-rikorrenti mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-konvenut bid-data tad-29 ta’ Settembru 2016, u għalhekk tilqa’ l-applikazzjoni għal revoka mressqa mill-applikant għal kanċellazzjoni u tirrevoka d-drittijiet tal-applikant fir-rigward tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 005009139;

tiċħad l-applikazzjoni għal revoka mressqa mill-applikant għal kanċellazzjoni;

tordna lill-applikant għal kanċellazzjoni u lill-EUIPO jbatu l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż neċessarji sostnuti mir-rikorrent quddiem il-Bord tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament 2017/1001.


Top